• San Ġwann 13:16-20
    Wara li ħaslilhom saqajhom, qalilhom:

    Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir m’huwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu.  Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom. Jien m’iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x’nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid, ‘Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq.’ Dan qiegħed ngħidu minn issa, qabel ma jiġri, biex, meta jiġri, temmnu li jiena hu. Tassew tassew ngħidilkom, min jilqa’ lil min nibgħat jien, ikun jilqa’ lili, u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni.”
    Qaddis tal-jum: San Anselmu