Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8, 1b-8
Salm: 65 (66), 1-3a. 4-5. 6-7a

L-Evanġelju: Ġw 6, 35-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx! Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux. Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni.

Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Din hi tabilħaqq ir-rieda ta’ Missieri: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta’ dejjem u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum”.

Qaddis tal-jum: San Anselmu, isqof u duttur tal-Knisja