• San Mark 10:13-16

    Ġibulu quddiemu xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajjtu magħhom. Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: “Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla. Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.” Mbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom.
    Qaddisin tal-jum: San Kristobal Magallanes Jara,  San Ewġenju de Mazenod, Isqof