• Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija – Festa

    San Mattew 12:46-50 

    F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh.

    Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk”. 

    Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?”. 

    Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Għax kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi”.