Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 4:13-17
Salm:
 48 (49):2-3,6-7,8-10,11

L-Evanġelju: Mk 9:38-40

F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”. Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna”.

Qaddis tal-jum: San Polikarpu, isqof u martri