Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 34:11-16
Salm: 22 (23):1-3a,3b-4,5,6

L-Evanġelju: Lq 15:3-7

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-fariżej u lill-kittieba din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? U meta jsibha, jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh, imur id-dar, isejjaħ għandu lil ħbiebu u l-ġirien, u jgħidilhom: ‘Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli.’

Ngħidilkom: l-istess jiġri fis-smewwiet, ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta’ ndiema.”