Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 10:1-10
Salm: 39 (40):2 u 4ab,7-8a,10,11

L-Evanġelju: Mark 3:31-35

F’dak iż-żmien, ġew omm Ġesù u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. Qalulu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk”.

U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?”. Imbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa ħija, u oħti, u ommi”.

Qaddis tal-jum: San Franġisk ta’ Sales, Isqof u Duttur tal-Knisja