U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha,
xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu.
Min jemmen u jitgħammed, isalva;
iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.
U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu:
f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda,
jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt
ma jagħmlilhomx ħsara;
iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”
U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom,
kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla.
Huma mbagħad marru jippridkaw kullimkien;
il-Mulej kien jaħdem magħhom
u jwettaq il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.
Saint of the day: St. Mark