• Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 16, 11-15
    Salm: 149, 1-2.3-4.5-6a u 9b

    L-Evanġelju: Ġw 15, 26 – 16, 4a

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux.

    Ikeċċukom ’il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla. Dan jagħmluh għax la għarfu lill-Missier u lanqas lili. Imma dan kollu għedthulkom biex, meta tasal is-siegħa li jagħmlulkom dan, tiftakru li jiena għedthulkom”.

    Qaddis tal-jum: Santu Wistin ta’ Canterbury, Isqof