Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efesin 2: 19-22
Salm: 18, 2-5

L-Evanġelju: Lq 6: 12-16

Darba fost l-oħrajn, Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun imlaqqam l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.

Qaddisin tal-jum: San Xmun u San Ġuda, Appostli