• Saint Luke 6:12-16

    Mela darba fost l-oħrajn Ġesu ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.

    Qaddisin tal-jum: San Xmun u San Ġuda, Appostli – Festa