• San Ġwann 15:12-17
    Ġesù qal lid-dixxipli: 
    Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. 
    Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din:
    li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. 
    Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. 
    Ma nsejjħilkomx aktar qaddejja,
    għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu;
    sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kull ma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom. 
    Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom,
    u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa’,
    ħalli kull ma titolbu lill-Missier f’ismi, huwa jagħtihulkom.  
    Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin.
    Qaddis tal-jum: Santa Katerina ta’ Siena