• San Luqa 10:38-42 

    F’dak iż-żmien: Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar.

    Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, mintix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi!’’

    Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta, Marta, inti tieħu rasek u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ: imma ħaġa waħda hi meħtieġa. Hi Marija li għażlet is-sehem it-tajjeb, u ma jitteħdilhiex.”

    Qaddisa tal-jum: Santa Marta