• San Ġwann 15:18-21
    Ġesù qal lid-dixxipli: 
    “Jekk id-dinja tobgħodkom,
    kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom.
     Kieku intom kontu tad-dinja,
    id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha;
    iżda billi m’intomx tad-dinja,
    għax jien ħriġtkom mid-dinja,
    id-dinja tobgħodkom.
    Ftakru fil-kelma li għedtilkom:
    il-qaddej m’huwiex akbar minn sidu.
    Jekk ippersegwitaw lili,
    għad jippersegwitaw lilkom ukoll;
    jekk ħarsu l-kelma tiegħi,
    għad iħarsu tagħkom ukoll. 
    Imma dan kollu għad jagħmluhulkom minħabba f’ismi,
    għax huma ma jafux lil dak li bagħatni.
    Qaddis tal-jum: San Piju V, Papa