Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 23, 1.4-11.15-16.27.34b-37
Salm: 80 (81), 3-4.5-6ab.10-11ab

L-Evanġelju: Mt 13, 54-58

F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa tal-għaġeb? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet mhumiex kollha magħna? Mnejn ġieh dan kollu?”.

U tfixklu minħabba fih. Imma Ġesù qalilhom: “Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f’pajjiżu u daru stess”. U hemmhekk ma għamilx ħafna mirakli minħabba n-nuqqas ta’ fidi tagħhom.

Qaddis tal-jum: San Pietru Krisologu, isqof u duttur tal-Knisja