• San Luqa 7:11-17
    Wara dan imbagħad mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies. Kif wasal qrib il-bieb  tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha. “Tibkix,” qalilha. Resaq, u mess it-tebut. Dawk li kienu qegħdin jerfgħuh waqfu. U hu qal: “Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum!” U l-mejjet qam bilqiegħda u beda jitkellem. U Ġesù tah lil ommu. In-nies kollha tkexkxu bil-biża’, u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu: “Profeta kbir qam fostna” u, “Alla żar il-poplu tiegħu.” U dan il-kliem li qalu xtered mal-Lhudija u dawk l-inħawi kollha.
    Qaddis tal-jum: San Bonifaċju, Isqof u Martri