Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 3, 10-17
Salm: 118 (119), 157.160.161.165.166.168

L-Evanġelju: Mk 12, 35-37

F’dak iż-żmien, hu u jgħallem fit-tempju, Ġesù qabad u qal: “Din kif inhi li l-kittieba jgħidu li l-Messija huwa bin David? David stess, imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, qal: “Il-Mulej qal lil Sidi: Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk”. Jekk David stess sejjaħlu Sidu, mela kif inhu ibnu?”.

U dik il-kotra kbira ta’ nies qagħdet tisimgħu bil-qalb kollha.

Qaddis tal-jum: San Bonifaċju, Isqof u Martri