• San Luqa 5:12-16

      Darba kien qiegħed f’belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni.” Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Iva, irrid; kun imfejjaq,” u minnufih il-lebbra marritlu. Ġesù widdbu u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd. Iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek, kif ordna Mosè, biex hekk tagħtihom xhieda li inti fiqt.” Il-fama tiegħu bdiet aktar tixtered, u folol kbar ta’ nies kienu jmorru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. Iżda hu kien ifittex xi mkien imwarrab u jinġabar fit-talb.

      Qaddisin tal-jum: San Apollinaris, l-Apoloġista, Isqof u San Severin, Abbati