• San Mattew 11:16-19
    Ġesu qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Nxebbhu lil   qabda  tfal  bilqiegħda   fil-pjazez   jgħajjtu  lil   sħabhom u jgħidu: 

                            ‘Daqqejnielkom il-flawt,
                             u ma żfintux,
                             għannejnielkom in-niket,
                             u ma bkejtux!’

    Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Għandu fih xitan.’ Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.’ Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.”

    Qaddisin tal-jum: San Juan Diego Cuauhtlatoatzin, Santa Leocadia, Verġni u Martri