• San Mattew 3:13-17

    Mbagħad ġie Ġesù mill-Galilija lejn il-Ġordan għand Ġwanni biex jitgħammed minnu. Imma Ġwanni ma ħalliehx, u qallu: “Jiena hu li jeħtieġ li nitgħammed minnek, u int tiġi għandi?” Ġesù qallu: “Inti għalissa ħallik minn dan, għax hekk jixraq nagħmlu biex intemmu s-sewwa kollu.” Mbagħad Ġwanni ħallieh jitgħammed. Ġesù, wara li tgħammed, minnufih tala’ mill-ilma; u ara, is-smewwiet infetħu, u ra l-Ispirtu ta’ Alla nieżel qisu ħamiema u ġej għal fuqu. U mis-smewwiet instama’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni  l-għażiż: fih sibt l-għaxqa tiegħi.”

    Qaddisin tal-jum: San Ġiljan u Baslissa, Martri