• San Ġwann 16:29-33
    Ġesù qal lid-dixxipli:
    Id-dixxipli tiegħu qalulu:
    “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ,
    u ebda tixbiha ma inti tgħid.
    Issa nafu li int taf kollox,
    u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik.
    Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla.”
    Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa?
    Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet,
    meta tixterdu kull wieħed lejn daru,
    u lili tħalluni waħdi. Iżda waħdi m’iniex,
    għax il-Missier huwa miegħi.
    Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom ħalli bija jkollkom is-sliem.
    Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja!”
    Qaddis tal-jum: San Pakomju, San Ġorġ Preca