Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 4, 12-21
Salm: 96 (97), 1-2.5-6.11-12

L-Evanġelju: Lq 11, 27-28

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!”. Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”.

Qaddisa tal-jum: San Dijonisju, isqof u sħabu, martri