• San Luqa 6:20-26

      Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: Ħenjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna t’Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Ħenjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew. Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajjrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina. Dakinhar li jiġrilkom hekk, ifirħu u aqbżu bil-ferħ, għax araw, ħlaskom kbir ikun fis-sema. L-istess għamlu missirijiethom ill-profeti. Imma ħażin għalikom, intom l-għonja, għax il-faraġ tagħkom ħadtuh. Ħażin għalikom intom li għalissa mxebbgħin, għax għad tkunu bil-ġuħ. Ħażin għalikom intom li għalissa tidħku, għax għad tnewwħu u tibku. Ħażin għalikom meta kulħadd isemmikom fil-ġid. Għax l-istess għamlu missirijiethom lill-profeti foloz!

      Qaddis tal-jum: San Pietru Claver, Presbiteru