Eucharistic congress

Il-kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, bagħat messaġġ f’isem il-Papa lill-organizzaturi u parteċipanti tal-Kungress Ewkaristiku Nazzjonali fil-Costa Rica bit-tema “L-ewkaristija: Ħobż tal-Ħajja għall-poplu tagħna”. Papa Franġisku stieden lil kulħadd għal intensifikazzjoni tal-ħajja tat-talb biex l-ewkaristija ssir iċ-ċentru veru tal-komunitajiet insara, fejn it-tifħir u r-radd ta’ ħajr ikunu l-impetu għal impenn imġedded lejn l-evanġelizzazzjoni u l-komunjoni ekkleżjali.Qal li jittama li s-Sagrament imqaddes jagħti lill-imgħammda kollha saħħa spiritwali sabiex ikunu kapaċi jibnu dinja iktar ġusta u armonjuża, fuq il-passi u t-tagħlim ta’ Ġesu Kristu.