• L-Isqof Charles J. Scicluna jmexxi Pellegrinaġġ f’ Lourdes

  • Għada, l-Erbgħa 28 ta’ Awwissu 2013,  l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna ser iħalli Malta għall-pellegrinaġġ annwali f’Lourdes. Għal dan il-pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL) ser jattendu 336 pellegrin.

    Kull sena, l-Assoċjazzjoni tassisti numru ta’ persuni morda biex imorru Lourdes u jżuru l-grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret għall-ewwel darba lil Bernardette Soubirous fil-11 ta’ Frar 1858. 

    Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Settembru 2013, fit-8.30 a.m., l-Isqof Scicluna ser jmexxi Quddiesa kkonċelebrata bil-Malti fil-Grotta. Din il-Quddiesa ser tiġi streamed live fuq  http://en.lourdes-france.org/tv-lourdes/