L-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, ħalla Malta biex jibda l-mawra tiegħu fl-Awstralja fejn se jiltaqà ma’ dawk li hu sejjaħ “ħutna tal-Awstralja”.

Mons Mario Grech mistenni jdum l-Awstalja għal ftit aktar minn xahar. Wera entużjażmu u ħerqa biex jiltaqa’ mal-komunità Maltija li tinsab f’dan il-kontinent. F’kummenti lil RTKnews qabel beda l-vjaġġ tiegħu għall-Awstralja, qal li jinsab kuntent li se jkollu l-opportunità li jagħmel dan il-vjaġġ. Fisser li fuq kollox, sejjer hemm bħala ragħaj. Wera l-ottimiżmu tiegħu għas-sens ta’ stennija li hemm mill-komunità lejh.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com