Pope Benedict XVI elevates the Eucharist

F’udjenza oħra ddedikata għat-talb u l-liturġija, fis-sensiela dwar l-iSkola ta’ Talb, fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, il-Papa Benedittu XVI illum qal li “il-Liturġija hija l-iskola ta’ talb fejn Alla nnifsu jgħallimna nitolbu. Pero, biex niċċelebraw il-liturġija sew, sabiex nerġgħu ngħixu l-esperjenza tal-Misteru tal-Għid li għex Ġesu nnifsu, hu meħtieġ li nħejju qalbna sabiex tkun l-altar t’Alla u nifhmu li l-liturġija hi att t’Alla u att tal-bniedem, kif jgħallimna l-Konċilju Vatikan II”.