“Jiena Ġesu, li int qiegħed tippersegwitaħ”(Atti 9,5) huwa it-titolu tal-laqgħa ta’djalogu li se ssir nhar il-Ħamis, 27 ta’ Settembru, 2012. Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council) jistiednu lil kulħadd jattendi. Il- laqgħa sa ssir bejn is-6.30-7.30pm, fil- “Marsa Open Centre” Xatt il-Mollijiet, Albertown, Marsa. Kulħadd huwa mistieden jaqsam il-veduti tiegħu. Persuni minn denominazzjonijiet Nsara differenti jista jkollhom fehmiet l-istess jew differenti fuq is-suġġett. Huwa mistenni li jindirizza il-laqgħa il-pastor taċ-Ċentru.