Nhar it-Tlieta 17 ta’ Mejju saret laqgħa oħra ta’ Talb għall-Familji.  Din saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġia sehem tal-Parroċċi ta’ Gudja, Għaxaq,Marsaxlokk u Żejtun  li jiffurmaw parti mill-istess Unità 15.

Dawn il-laqgħat qed jiġu organizzati mis-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat tal-Lajċi li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna.  F’dawn il-laqgħat tintalab it-Talba tar-Rużarju tal-Familja u Adorazzjoni Ewkaristika.

Laqgħa oħra bħal din ser issir nhar it-Tlieta 24 ta’ Mejju fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan bis-sehem tal-Parroċċi ta’:

Unità 9:         Gżira, Msida, Ta’ Xbiex

Unità 10:       Ballta, Sliema Ġesù Nazarenu, Sliema Sacro Curo, Sliema Stella Maris

Unità 11:       Ibraġ, Pembroke, San Ġiljan, San Ġwann