L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija flimkien mal-Fakulta tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta u l-Istitut Karmelitan  qegħdin jorganizzaw Lectio Divina nhar is-Sibt 6 ta’ Marzu fit-8.00pm fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani fl-Imdina immexxija minn Rev Fr. Charlo’ Camilleri O Carm.

L-eżerċizzju tal-Lectio Divina huwa l-għarfien u t-twettieq bl-għemil tar-rieda ta’ Alla permezz tal-Kotba Mqaddsa. It-terminu Lectio Divina jfisser qari tal-Kelma ta’ Alla. Imma dan l-eżerċizzju mhux sempliċi qari tal-Bibbja. Ifisser li tinqara silta mill-Kelma t’Alla, wieħed jimmeditaha, jitlob permezz tagħha u jikkontemplaha, b’tali mod li jħalliha taħdem fih, fi ħsibijietu, xewqatu, għemilu, u jħalliha tagħġnu kif trid hi, hekk li jsir ħaġa waħda mar-rieda ta’ Alla.

www.ghstmalta.org