• Il‑funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l‑Arċisqof Charles J. Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Milied jibdew fil‑Lejl tal‑Milied u se jixxandru ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta. 

    Is‑Sibt 24 ta’ Diċembru 2016, fil‑11:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t‑talba tal‑Liturġija tas‑Sigħat fil‑Quddiesa ta’ Nofsillejl fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral tal‑Imdina. 

    Segwi ‘live’ fuq YouTube

    Il‑Ħadd 25 ta’ Diċembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. 

    Segwi ‘live’ fuq YouTube

     

    Issieħeb minn hawn biex issegwi ċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Arċisqof fuq YouTube.