• Il‑funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l‑Arċisqof Charles J. Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Festi fi żmien tas-Sena l-Ġdida, jibdew minn għada, u se jixxandru ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta. 

    Is‑Sibt 31 ta’ Diċembru, fil‑5:30 p.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. 

    Segwi ‘Live’ fuq YouTube

     
     

    Il‑Ħadd l‑1 ta’ Jannar 2017, fid‑9.00 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Jum il‑Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.

     

    Segwi ‘Live’ fuq YouTube

     

    Issieħeb minn hawn biex issegwi ċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Arċisqof fuq YouTube.