• Il‑Quddiesa praesente cadavere tal‑Isqof Sylvester Carmel Magro O.F.M., ser issir illum, it‑Tnejn, 22 ta’ Jannar 2018, fl‑10:00 a.m., fil‑Katidral tal‑Imdina. Jippresiedi l‑Quddiesa l‑Arċisqof Charles J. Scicluna.

    Fid‑9:30 a.m. il‑korteo jitlaq mill‑Kunvent tal‑Patrijiet Franġiskani Minuri fi Triq San Pawl, ir‑Rabat, sal‑Katidral tal‑Imdina. 

    L‑Isqof Magro li huwa mir‑Rabat, miet is‑Sibt, 20 ta’ Jannar 2018, fl‑età ta’ 76 sena.

    L‑Ordni tal‑Patrijiet Minuri tistieden lill‑komunità Nisranija sabiex tingħaqad magħhom fit-talb u tagħti l‑aħħar tislima lill‑Isqof Sylvester Carmel Magro.