•  

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna llejla ser jagħti preżentazzjoni u jniedi l-verżjoni bil-Malti tal-eżortazzjoni appostolika l-ġdida tal-Papa Franġisku Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew).

    Il-preżentazzjoni ser issir fis-7pm, fil-bitħa ċentrali tas-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù, ir-Rabat. Fi tmiem il-preżentazzjoni l-Arċisqof ser imexxi mument ta’ talb. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi.

    F’din l-eżortazzjoni, il-Papa Franġisku jitkellem dwar is-sejħa għall-qdusija fid-dinja tal-lum. Fiha l-Papa jfakkar li l-Knisja tgħallem li l-qdusija hija sejħa universali, jiġifieri li l-bnedmin kollha, mhux l-Insara biss, jistgħu jsiru qaddisin, u dan billi jgħixu l-Beatitudnijiet li nsibu fl-Evanġelju. Anke f’din l-eżortazzjoni, il-Papa Franġisku jitkellem dwar il-ferħ u l-hena tal-ħajja Nisranija kif jixhed it-titlu stess tal-eżortazzjoni, Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew), li huwa l-istess kliem li Ġesù jgħid lil dawk li huma ppersegwitati jew umiljati għaliex jimxu warajh (ara Mt 5:12).