Għada l-Erbgħa 1 ta’ April 2020, tista’ ssegwi live t-tlugħ tal-polza ta’ parteċipazzjoni għall-Form 1 tal-bniet u s-subien fl-iskejjel tal-Knisja. Il-polza tal-bniet tibda fid-9:30am u tas-subien issir eżatt warajha fl-10:30am, jew xħin tispiċċa l-polza tal-bniet jekk din tkun għadha ma spiċċatx sa dak il-ħin.

Il-filmati tal-poloz jibqgħu aċċessibbli online anki wara li tispiċċa x-xandira tagħhom. Ir-riżultati tal-poloz jittellgħu online l-għada ta’ kull polza, fuq il‑paġna tal‑Iskejjel tal‑Knisja. Il-lista tal-parteċipanti tal-poloz tinsab hawnhekk.

Għal iktar tagħrif il-pubbliku jista’ jibgħat email fuq [email protected] jew iċempel fuq 7999 0224.

Segwi live l-polza tal-bniet

Segwi live l-polza tas-subien