• Illum il‑Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2019 fis‑6:30 p.m., ser jiġi ċċelebrat servizz ekumeniku fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jippresiedi dan is-servizz ekumeniku djoċesan. Ir-riflessjoni biblika se ssir mill-Kanonku Simon Godfrey, il-Kanċillier tal-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta. Is-servizz ekumeniku ser ikun animat mill-kor Joy Gospel. 

    Is-servizz ekumeniku jagħlaq il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara li tiġi ċċelebrata kull sena mill-Insara kollha madwar id-dinja bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar.

     

  •