Il-poplu Malti lbieraħ ħa sehem f’għadd ta’ purċissjonijiet jew pellegrinaġġi li kienu organizzati mid-diversi parroċċi madwar Malta u Għawdex biex ingħaqad ma’ Marija fid-Dulur tagħha, f’din il-‘festa’ tradizzjonali magħrufa aħjar bħala ‘l-festa tad-Duluri’. Kienu eluf il-Maltin, kbar u żgħar, li ħarġu jimxu wara l-istatwa tal-Madonna mnikkta taħt is-salib ta’ binha Ġesù.

Kif inhi tradizzjoni, l-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona OP, mexxa l-purċissjoni li ħarġet mill-knisja ta’ Ġieżu, fil-Belt, waħda mill-eqdem purċissjonijiet tad-Duluri f’dawn il-gżejjer.

Waqt dawn il-purċissjonijiet, li ħafna minnhom jakkumpanjaw l-istatwa tad-Duluri, isir talb lill-Madonna, fosthom it-talb tar-rużarju. Uħud mill-parteċipanti, bi tpattija għan-nuqqasijiet tagħhom jew b’wegħda, jakkumpanjaw l-istatwa tad-Duluri ħafjin.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com