Nhar il-Ħadd 4 ta’ Lulju 2021, id-Dar tal-Providenza se tkun qed torganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi li se tkun imxandra fuq l-istazzjonjiet televiżivi ewlenin bejn nofsinhar u nofsilejl.  Din il-maratona qed issir minflok il-Maratona tal-Volleyball li din is-sena, bħas-sena l-oħra, mhux possibli li ssir minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-ġbir minn din il-maratona se jmur biex fost oħrajn ikun jista’ jitnieda proġett ta’ immodernizzar ta’ erba’ flettijiet f’Villa Papa Giovanni biex kull persuna jkollha ambjent dejjem aktar dinjituż bħal bi kmamar personali mgħammra bis-servizzi meħtieġa.

Min jixtieq jgħin dakinhar tal-maratona jew fil-ġranet ta’ qabel jista’ jċempel fuq in-numri li qed jidhru hawn taħt, jibgħat donazzjoni online jew iġib id-donazzjoni tiegħu b’mod personali id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.  Fil-fatt dakinhar tal-maratona se tkun organizzata drive through fil-car park tad-Dar għal dawk li jixtiequ jiġu jagħtu d-donazzjoni tagħhom. 

Fuq il-sit www.sabihlitagħti.com wieħed jista’ jsib id-dettalji kollha ta’ kif jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu. 

5160 2011 għal donazzjoni ta’ €10
5170 2012 għal donazzjoni ta’ €15
5180 2013 għal donazzjoni ta’ €25
5190 2070 għal donazzjoni ta’ €50 
SMS fuq 5061 8944 għal donazzjoni ta’  €7
2146 2686 għal min irid jagħti pleġġ
BOV Mobile Pay – 7932 4834