Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl, l-Isqof Mario Grech wassal messaġġ ta’ tama u kuraġġ waqt li ċċelebra l-Ewkaristija mal-komunità parrokkjali tan-Nadur.

Fl-omelija tiegħu huwa wassal il-ħsieb li s-soċjetà tagħna għandha bżonn dik li darba Barack Obama sejjaħ “il-kuraġġ tat-tama”, liema tama ma tkunx isserraħ fuq il-qawwa tal-flus jew il-poter politiku, imma fuq Alla!

Kompla jgħid li l-Ewropa hija mmarkta b’inċertezzi gravi. L-abbuż u l-użu ripressiv tal-poter, it-theddida tat-telf tal-impjiegi, l-insensittività lejn il-foqra jagħmlu parti mill-kultura tal-mewt ta’ żmenijietna. In-nuqqas ta ċertezza dwar min hu l-bniedem qed tissarraf f’azzjonijiet li huma ta’ dannu għall-istess bniedem. Dan kollu jirrendi t-telgħa tal-ħajja dejjem aktar wieqfa, tant li mhumiex ftit dawk li jaqtgħu qalbhom!

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com