• *****

    Direttur:          Christopher McQuarrie

    Atturi:              Tom Cruise, Henry Cavill, Ving Rhames, Simon Pegg, Rebecca Feguson, Sean Harris, Angela Bassett, Michelle Monaghan u Alec Baldwin

    Ħin tal-Film:    147 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  12

    Eythan Hunt jirċievi d-dettallji għal missjoni li kellu jwettaq rigward tliet kapsuli ta’ plutonju li nsterqu minn grupp terroristiku mlaqqam The Apostles, assoċjat ma’ The Syndicate mmexxi minn John Lark. Ġewwa Berlin jiltaqa’ mal-kollaboraturi leali,  Benji u Luther. It-tlieta jaħtfu espert fl-armi nukleari li kien jaħdem ma’ The Apostles u kkostruwixxa tliet bombi nukleari li setgħu jinġarru faċilment. Hunt, Benji u Luther qarrqu bih meta wrewh aħbar fittizja li kienet turi tliet ibliet, Ruma, Ġerusalemm u Mecca meqruda minn bombi nukleari u l-konsegwenzi li ġraw wara. Iżda l-missjoni falliet għaliex Hunt għażel li jsalva l-ħajja ta’ Luther u tat iċ-ċans li l-plutonju jinsteraq.

    Erica Sloane, Direttur tas-CIA tat istruzzjonjiet lil August Walker biex iżomm taħt għajnejh lil Hunt waqt il-laqgħa li kien sejjer ikollu f’Pariġi ma’ traffikant tal-armi magħruf bħala The White Widow. Hawn, Hunt u Walker jinfiltraw f’nightclub fejn hemm segwew lil John Lark f’latrina. Huma jkollhom taqbida ħarxa ma’ Lark iżda tkun Ilsa Faust, eks aġent tal-M16 li toqtol lil Lark. Biex itemmu l-missjoni, Hunt jippersonifka lil John Lark meta jiltaqa’ ma’ The White Widow li tikxef li kienet it-tifla ta’ Max, traffikant tal-armi. Sadanittant, aġenti ta’ The Apostles jintbagħtu joqtlu lil John Lark u The White Widow. Hunt personifikat bħala Lark jaħrab ma’ The White Widow li riedet li Hunt, biex jieħu pussess tal-plutonu, jaħtaf lil Soloman Lane minn konvoy li kien jinsab fi triqtu fil-qalba ta’ Pariġi. Hunt bħala ħlas jirċievi waħda mill-kapsuli ta’ plutonju. Hunt u t-tim tiegħu jattakkaw lill-konvoy. Il-lejaltà  tat-tim tiġi ppruvata. Faust tikxef li l-M16 riedu f’idejhom lil Solomon Lane. Hawn isseħħ tiġrija fuq mutur u karozzi jiġru wara xulxin madwar Pariġi li tħallik bla nifs.

    Il-missjoni biex jaħtfu lil Lane tkun suċċess. Iżda x’jiġri minn hawnhekk kif Walker jikxef ruħu li kien qiegħed jaħdem għal Soloman Lane? X’sejra tkun ir-reazzjoni ta’ Hunt meta jsir jaf li Walker kien jinsab Londra? Tgħid Walker jirnexxielu jaħrab minn idejn Hunt u kif sejra tispicca din i-missjoni u fejn?

    Film Amerikan, mimli azzjoni u tensjoni taħt id-direzzjoni ta’ Christopher McQuarrie. Minħabba vjolenza ħarxa, kliem goff kif ukoll azzjonjiet ta’ periklu kbir, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena.