Pope greeted by inmates during his visit to Rome's Rebibbia prison

“Kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni” (Mt 25:36) Hekk hu l-kliem ta’ Ġesu nnifsu, skont l-Evanġelju ta’ San Mattew, fejn Ġesu jidentifika lilu nnifsu mal-priġunieri. Il-Papa Benedittu XVI uża dan il-kliem biex ifisser l-iskop taż-żjara tiegħu fil-ħabs Rebbibia, fejn għal madwar siegħa tkellem mal-ħabsin u sema x’kellhom xi jgħidu u jistaqsuh.

Ftit inqas minn xahar qabel din iż-żjara tal-Papa, grupp ta’ missjunarji żgħażagħ, segwew l-istess sejħa ta’ Kristu u tal-Knisja, u ħadu l-Kurċifiss tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ lejn ħabs fin-nofsinhar ta’ Ruma.Kien fis-26 ta’ Novembru li ċ-Ċentru Internazzjonali taż-Żgħażagħ Centro San Lorenzo wassal il-Kurċifiss fil-ħabs ta’ Civitavecchia. Din jingħad li kienet il-ħames esperjenza f’dal-ministeru fl-2010.

L-għan ta’ dil-missjoni ntqal li jinġabar fl-istess xhieda li l-Kurċifiss huwa salviviku għal kull persuna, irrispettivament minn min hi l-persuna u l-għemil tagħha.

Seminarista mill-Kulleġġ ta’ Ruma, Michael Coughlan, qal li “il-Kurċifiss dejjem kien simbolu ta’ tama għall-popli kollha”. Fi kliemu, fil-ħabsijiet, fejn wieħed faċli jħoss li ħajtu hija vojta u bla skop, importanti li wieħed jiftakar li r-rebħa tas-Salib hi għall-popli kollha, inkluż għal min hu fil-ħabsijiet. Temm jgħid li “irrispettivament minn xi jkun għamel ħażin il-bniedem, Kristu xorta għandu messaġġ ta’ tama u maħfra”.