Conclave in Sistine Chapel

Il-Papa Benedittu XVI għamel tibdiliet fil-liġi biex il-Konklavi li jwasslu għall-ħatra ta’ Papa ġdid, jibdew qabel. Dawn kienu ippreżentati lill-media permezz tad-deputat camerlengo tal-Papa, l-Isqof Luigi Celata.

It-tibdil fil-Kostituzzjoni jfisser li l-kardinali ma jkollhomx għalfejn jistennew 15-il jum wara r-riżenja tal-Papa biex jingħata bidu għall-Konklavi, li jfisser li sakemm il-kardinali jkunu kollha f’daqqa, il-Konklavi jista’ jibda qabel il-15 ta’ Marzu.

Ir-riżenja tal-Papa preżenti tidħol fis-seħħ nhar il-Ħamis li ġej.

Hemm ċar u enfasizzat il-ġurament tas-segretezza waqt l-elezzjoni tal-Papa l-ġdid u ntqal li kuntrarju għal pieni severi imposti qabel, issa – jiġi skomunikat kull min jikser is-segretezza, piena li mistennija tidħol fil-formularju tal-ġurament tal-kardinali. Apparti l-kardinali, il-ġurament tas-segretezza japplika wkoll għat-tekniċi li jaraw li ebda apparat li jirrikordja ma jkun twaħħal fil-kappella Sistina, il-post fejn isiru l-Konklavi.

Patri Federico Lombardi, kelliem għall-Vatikan, qal li d-data tal-Konklavi għadha mhix stabbilita.