Fond Missjunarju


Website

www.missionfund.org.mt

Indirizz

Eureka Court, Blokk A, Triq il-Kbira, Mosta MST 1018

Telefon

2141 3664

Fax

2141 3664

Email

[email protected]

Il- Mission Fund twaqqfet fis-16 ta’ April, 1984 minn Ian u Rita Azzopardi mill-Mosta bil-għan li jħeġġu spirtu missjunarju fil-gżejjer Maltin u jgħinu lil missjunarji f’pajjiżi tat-Tielet Dinja li llum ilaħħqu madwar 250. Din hija għaqda volontarja mmexxija minn lajċi li qed jipprovaw ipoġġu fil-prattika l-messaġġ ta’ imħabba t’Alla.

L-attivitajiet ta’ fund raising, li jsiru matul is-sena kollha, huma Bazaars, Tea Tombolas, attivitajiet soċjali, lotterji, bejgħ ta’ bollol u telecards użati ecċċ… Barra dawn l-affarijiet, jiġu orgnizzati wkoll attivitajiet spiritwali u soċjali għall-membri tagħha bħal irtiri, quddies u ħarġiet.

Kull sena, l-Fund jorganizza esperjenzi missjunarji f’pajjiżi tat-Tielet Dinja bħal fl-Alġeria, il-Kenja, it-Tuneżija , il-Gwatemala, il-Peru u t-Tanżanija. Dawn l-esperjenzi huma miftuħa kemm għal membri tal-Mission Fund u dawk li mhumiex. F’dawn l-esperjenzi il-voluntiera jgħixu esperjenza ta’ komunita’, jagħtu xhieda Kristjana permezz tad-dedikazzjoni tagħhom għax-xogħol u jkollhom esperjenza ta’ xi tfisser li rejalta’ ħarxa u l-faqar tal-popli tat-Tielet Dinja.

Il-Fund joħroġ rivista kull tlett xhur bl-isem “Il-Missjunarju”. Din tintbagħat lil madwar 4000 benefattur u toħroġ edizzjoni speċjali darba fis-sena f’forma ta’ magazine. Dan il-magazine jinkludi artikli u esperjenzi tal-missjunarji nfushom.

Minn mindu beda fl-1984, il-Mission Fund bagħat izjed minn €2,200,000 lill-missjunarji Maltin u Għawdxin f’ 40 pajjiż tat-Tielet Dinja.

President

Sylvia Ebejer

Viċi-President

Joan Gabriele

Segretarja

Speranza Xuereb

Teżorier

Ian Azzopardi

Membri

Joe Mifsud

Philip Micallef

Charles Decelis