Għaqda Studenti tat-Teoloġija

Għaqda Studenti tat-Teoloġija,
c/o Fakultà tat-Teoloġija,
Università ta’ Malta,
Msida, MSD 2080,
Malta

Website
teologija.com

E-mail
[email protected]

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija (GħST) twaqqfet fis-6 ta’ Novembru 1945, bl-isem ta’ “Royal University Students’ Theology Association” (R.U.S.T.A.). L-Għaqda ħadet l-isem li għandha issa fl-1978, wara li l-Fakultà tat-Teoloġija ma baqgħetx tifforma parti mill-Università minħabba riformi li kienu saru. Il-Fakultà reġgħet lura l-Università fl-1988. Tul iż-żmien li l-Fakultà għamlet barra mill-Università, l-GħST dejjem esprimiet ix-xewqa profonda li l-Fakultà terġa’ ssir parti integrali mill-Università, kif inhi llum.

Għanijiet

  • Li tirrappreżenta lill-membri tagħha mal-awtoritajiet Universitarji.
  • Tiggwida l-membri tagħha fl-għarfien tas-sinjali attwali taż-żminijiet fl-ambjent Malti fid-dawl ta’ Alla.
  • Tgħin lill-istudenti Universitarji fil-mixja tal-fidi tagħhom fis-soċjetà tal-lum, permezz tat-Teoloġija.
  • Tagħti wkoll il-kontribut nisrani tagħha fl-iżvilupp tal-kultura f’pajjiżna.

Pubblikazzjonijiet

F’Marzu 1947, l-Għaqda bdiet tippubblika rivista bl-isem ta’ Melita Theologica. Din ir-rivista li toħroġ darbtejn f’sena tinkludi artikli ta’ natura filosofika, ta’ xjenzi umani, ta’ dommatika, ta’ skrittura u ta’ Teoloġija morali u fundamentali. Wara ftehim bejn il-partijiet kollha, il-Melita Theologica saret il-ġurnal uffiċjali tal-Fakultà tat-Teoloġija, ippubblikata bejn il-Fakultà tat-Teoloġija, l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija u l-Fondazzjoni tal-Istudji Teoloġiċi.

Attivitajiet
L-Għaqda torganizza kull sena lejla akkademika f’ġieħ San Tumas t’Akwinu. Din l-attività tipprovdi lill-pubbliku l-opportunità li jiltaqa’ ma’ teologi ta’ fama internazzjonali li jaqsmu magħna r-riflessjonijiet siewja tagħhom fuq l-esperjenza tal-fidi fid-dinja ta’ llum.
L-Għaqda torganizza wkoll attivitajiet ta’ natura soċjali, rikreattiva u intellettwali għall-membri tagħha kif ukoll għall-istudenti tal-Università. 

Kumitat Eżekuttiv

President: Luke Vella (BA Hons Theology with Philosophy – III Year)
Viċi-President: Adam Baldacchino (BA Hons Theology with Philosophy – II Year)
Segretarju: James Gafa’ (BA Hons Theology with Philosophy – III Year)
Teżorier: Daniel Abela (BA Hons Theology with Philosophy – III Year)

Membri Ex-Officio
Matthew Sammut (MA Theology – II Year)
Karl Andrew Schembri (Licentiate – I Year)

Rappreżentanti fuq il-Bord Amministrattiv tal-Melita Theologica
Luke Vella (BA Hons Theology with Philosophy – III Year)
Bernard Sant (MA Theology – I Year)

Rappreżentant fuq il-Bord Editorjali tal-Melita Theologica
Matthew Pulis (PhD Candidate)

Rappreżentant fuq il-Commission Meetings
Luke Vella (BA Hons Theology with Philosophy – III Year)