Komunita’ Servizz Kristjana

  • Komunita’ Servizz Kristjana

  • Website

    http://www.friendshipgroup.net

    E-mail

    [email protected]

    Indirizz Postali

    74, Triq l-Imħażen
    Furjana
    FRN 1111
    Malta

    Tel

    21222541

    Il-Christian Service Community (CSC) hija grupp ta’ żgħażagħ u adulti li taw widen lis-sejħa ta’ Ġesù biex inħobbu lil xulxin kif ħabbna hu. Permezz ta’ laqgħat regolari kull ġimgħa u attivitajiet varjati fil-weekends, il-membri jippruvaw jiskopru dejjem iktar il-preżenza ta’ Alla f’ħajjithom, u jrawwmu sens ta’ ħbiberija ġenwina. Il-CSC hija wieħed minn tlett gruppi b’firxiet t’età differenti, li flimkien jagħmlu l-Friendship Group, moviment nisrani mwaqqaf minn Fr Joseph Orr SJ, lura fl-1973. Il-CSC tilqa’ fiha membri li l-età tagħhom taqa’ bejn wieħed u ieħor bejn il-25 u l-40 sena. Il-membri jiġu mill-oqsma kollha tal-ħajja, u hija fehma soda tal-komunità li l-ebda distinzjoni ibbażata fuq pożizzjoni soċjali jew klassi m’għandha titħalla trabbi l-egħruq fil-grupp. Matul il-medda ta’ snin li għaddew mindu l-komunità kienet mwaqqfa, diversi għalliema, nurses, ħaddiema, accountants, suldati, u uffiċjali amministrattivi, taw sehemhom biex joħolqu sens ta’ ħbiberija ħajja u sinċiera. Waqt li l-grupp huwa primarjament maħsub għal persuni single, tul is-snin ħafna koppji kienu fost il-membri tal-komunità.
    Il-CSC tiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta fil-premises tagħha, il-Furjana. Waqt li ħafna mill-laqgħat ikunu ta’ xejra spiritwali, jiġu wkoll organizzati laqgħat fuq suġġetti t’interess ġenerali, bħall-psikoloġija, l-arti, is-saħħa, u l-iżvillup tal-karattru. Ħafna drabi l-laqgħat ikunu animati permezz ta’ preżentazzjonijiet bil-powerpoint. L-attivitajiet tal-weekends ikunu varjati, u jinkludu żjarat kulturali, birthday parties, ikliet f’restuarants, u attendenza ta’ kunċerti u eżekuzzjonijiet diversi. Il-komunità kienet ukoll konnessa max-xogħol volontarju, u tibqa’ tagħti każ li tilħaq lil min hu fil-bżonn.

    Direttur Spiritwali
    Fr Joseph Orr SJ

    Chairman

    Joseph Grech [email protected]

    Segretarja

    Graziella Camilleri [email protected]