Moviment Missjunarju

Il-Moviment Missjunarju nbeda fl-1968, mill-istudenti tat-Teoloġija ta’ Ordnijiet Reliġjużi u s-Seminaristi; aktar tard sorijiet u lajċi ngħaqdu wkoll fil-Moviment li bħala ħidma speċifika għandu li

  • Joħloq u jmexxi attività u edukazzjoni Missjunarja bil-għan li ssir dejjem aktar magħrufa l-liberazzjoni tal-bniedem sħiħ. Iħabrek biex isiru magħrufa r-realtajiet li jgħixu fihom il-batuti, kif ukoll valuri kulturali, umani u reliġjużi ta’ popli oħra.
  • Iżomm kuntatti u jgħin lill-missjunarji kollha Maltin li jinsabu jaħdmu barra minn Malta.
  • Jiġbor fondi biex jgħin lill-Missjunarji Maltin fil-proġetti ta’ evanġelizzazzjoni u ta’ promozzjoni umana tagħhom, u biex l-istess Moviment ikun jista’ jwettaq il-programmi u l-proġetti tiegħu.
  • Jeduka Volontarji bħala Missjunarji Lajċi biex imorru jaħdmu f’pajjiżi li għad iridu jiġu evanġelizzati.
  • Joħloq u jmexxi proġetti u esperimenti fi gruppi ta’ ħajja komunitarja f’Malta u barra minn Malta bħal dik ta’ l-ewwel żminijiet tal-Knisja; b’hekk tissaħħaħ dejjem aktar ix-Xhieda Nisranija. Hawnhekk ta’ min isemmi l-gruppi li ta’ kull sena jitilgħu l-Eġittu u l-Brażil; f’Malta jsir ukoll il-Kamp tax-Xogħol Missjunarju fejn jinġabru ħwejjeġ, ċraret u preserve għall-Missjoni.
  • Il-Moviment Missjunarju jorganizza Kompetizzjoni Missjunarja in konnessjoni mal-Ġurnata Missjunarja għall-istudenti fl-iskejjel Primarji u Sekondarji.

President

Fr John Vella, ofm cap. Tel. 21386112

Viċi-President

Mr Godwin Warr

Diretturi Spiritwali

Fr Joe Buttigieg, ofm cap

Segretarja

Miss Katie Attard

Kaxxiera

Miss Jeanette Grech

P.R.O.

Ms Kathleen Baldacchino

Membru

Sur Conrad Cachia

Il-Moviment Missjunarju għandu l-uffiċċju tiegħu fl-Istitut Kattoliku u dan ikun miftuħ nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa mis-6.00 p.m. sat- 8.00 p.m. meta jkun hemm Prayer Meeting.
L-indirizz huwa

Istitut Kattoliku,

il-Furjana, VLT 16.