Xirka ta’ l-Isem Imqaddes ta’Alla

Ix-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes ta’ Alla ilha teżisti sa minn żmien il-Konċilju ta’ Lyon, fis-sena 1274. Hawn Malta twaqqfet minn P. Ġeraldu Paris O.P., fid-19 ta’ Novembru, 1928 u tinsab imxerrda tista’ tgħid fil-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex.

Kull sena x-Xirka torganizza Kungress Nazzjonali, ġranet ta’ tpattija għad-dagħa, fil-parroċċi kollha, irtiri kull tliet xhur għall-membri; tippubblika diversi kotba, stickers, slogans etc. Ix-Xirka torganizza wkoll laqgħat fil-każini (politiċi, tal-football, tal-baned, eċċ.) fil-ħwienet, fil-fabbriki, biex tkellem in-nies li jkun hemm fuq Alla u fuq il-kruha tad-dagħa.

President Ġenerali

Sur Stanley Magro

Direttur Spiritwali

Fr Joe Vassallo O.P.