• Għat-tnax-il sena konsekuttiva, il-maratona Oħloq Tbissima se terġa tkun magħna bejn il-Ġimgħa 18 u l-Ħadd 20 ta’ Lulju. Din il-maratona ta’ 60 siegħa xandir tibda l-Ġimgħa f’nofsihnar u tibqa sejra bla waqfien sal-Ħadd f’nofsillejl. Oħloq Tbissima, hija mtella’ minn ĊAM Productions international (ĊPi), li hija l-production house fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP). li bħall kull sena, l-għan tagħha hu li jinġabru l-flus b’risq il-missjonijiet tal-patrijiet tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, fil-Peru, Pakistan, Fillippini u anke għat-tfal tad-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera.

  • OĦLOQ TBISSIMA se tkun imxanndra kollha kemm hi fuq F. Living, b’diversi kollegamenti fuq TVM2, ONE TV, NET TV u SMASH TV.

    Il-kanzunetta Oħloq Tbissima din is sena ser ikollha arranġament ġdid permess tal-Big Band Brothers.

    • Għal darb’oħra, din is-sena Oħloq Tbissima ser tittella’ mill-bitħa ta’ Dar San Ġużepp f’Santa Venera, minn fejn bħal fi snin li għaddew se jixxandar programm varjat, b’diversi filmati esklussivi, fosthom filmati ġodda li Fr. Louis Mallia mssp ħa meta flimkien ma’ Marthese Brincat u Louis Scicluna, ftit taż-żmien ilu żar il-missjoni tal-MSSP fil-Filippini. Il-programm jinkludi intervisti ma’ diversi missjunarji u anke voluntiera li fix-xahar t’Awwissu ser iżuru l-missjoni tal-MSSP fil-Peru, diskussjonijiet, spettaklu mill-isbaħ bil-partiċipazzjoni tal-aqwa talent lokali, logħob, kif ukoll mumenti ta’ talb u quddies.

  • Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jipparteċipa f’din il-maratona, billi jagħti d-donazzjoni tiegħu, kif ukoll billi jżur l-attivita’ u jsegwi minn fuq l-istazzjonijiet lokali.

    Kull min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq:
    €10                  51602004
    €15                  51702007
    €25                 51802009
    SMS €4.66     50618099

    Min jixtieq jagħmel id-donazzjoni tiegħu online jista jżur is-sit www.ohloqtbissima.com.

    Il-Maratona se tkun ukoll streamed live fuq dan is-sit.