Kolleġġjata Bażilika ta’ Santa Elena
Birkirkara kienet waħda mill-għaxar parroċċi msemmija f’dokument tas-sena 1436, ir-Rollo tal-Isqof Senatore Mello, u l-knisja parrokkjali ta’ dak iż-żmien kienet dedikata lil Sant’Elena. Fis-seklu tmintax inbniet il-knisja ta’ Sant’Elena li hemm illum; din saret kolleġġjata fl-1630.
Numru ta’ Parruċċani: 10,000
Numru ta’ Familji: 3,500
Prepostu Arċipriet
Mons. Paul Carmel Vella
Uffiċċju Parrokkjali
51, Triq il-Kbira, B’Kara BKR 2304
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn, l-Erbgħa: 5:00 pm – 6:30 pm
L-Erbgħa: 5:00 pm – 7:30 pm
Telefon
Uffiċċju: 2144 4725
Dar: 2144 2225
Mob: 9946 4343
Websajt
Imejl
paulcvella@gmail.com jew sthelenparish@gmail.com
Kapitlu Kolleġġjali
- Mons. Paul Carmel Vella – Prepostu Arċipriet
- Kan. Pawl Gauci – Dekan
- Kan. Ġużepp Micallef – Kantur
- Kan. Mikiel Borg
- Kan. Charles Gauci
- Mons. Etienne Sciberras
- Kan. Vinċenz Demicoli
- Kan. Nicholas Joseph Doublet – Kanċillier
- Kan. Karm Busuttil
- Kan. Charles C. Attard – Penitenzier
Kanonċi Onorarji
- Kan. Mikiel Agius
- Kan. Carmelo Attard
- Kan. Noel Borg
- Kan. Charles Grech
- Kan. Jesmond Grech
- Kan. Simon Sciberras
- Kan. Carmelo Attard
- Mons. Karm Aquilina
- Mons. Vincent Cachia
- Mons. Anton Cassar
- Kan. Joe Debono
- Kan. Ivan Aquilina
- Kan. Leonard Mintoff
Saċerdoti Residenti fil-Parroċċa
- Mons. Karm Aquilina
- Mons. Tarcisio Delicata
- Mons. Ġużepp Brincat
- Dun Maurice Mifsud
- Dun Ivan Sant
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Mons. Paul Carmel Vella, Prepostu Arċipriet
Moderatur: Mr Adrian Porter
Segretarju: Mr Andre’ Azzopardi
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Mons. Paul Carmel Vella, Prepostu Arċipriet
Membri: Prof Saviour Gauci
Quddies
Ħdud u Festi: 6.00, 7.00, 8.00, 9.15, 10.30am, 12.00, 6.30pm
Sibtijiet Filgħaxija: 5.30, 6.30pm
Ġranet Ferjali: 6.00, 7.00, 8.30, 6.30pm
Knejjes Filjali
Santwarju tal-Madonna Tal-Ħerba
Is-santwarju nbena fl-1640 fil-post fejn kien hemm knisja qadima hafna; gie konsagrat fit 23 ta’ Marzu 1783 mill-Isqof Labini. Fl-1923 beda x-xoghol biex is-santwarju jitkabbar u mill-knisja ta’ l-1640 baqa’ biss parti zghira. Ix-xbieha tal-Madonna giet inkurunata fis-7 ta’ Awissu 1910. Fis-santwarju jistghu jsiru z-zwigijiet.
Rettur
Propostu Arċipriet
Quddies
Ġranet Ferjali: 9:00 am
Adorazzjoni:
It-Tieni Erbgħa: 10:00 am – 11:00 am
L-Ewwel Sibt: 5:00 pm
Knisja tal-Madonna tal-Vitorja
Rettur
Kan. Charles Gauci
Tel: 2144 0416
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00am
Sibtijiet Filgħaxija: 6.00pm
Ġranet Ferjali: 5.30pm
Knisja ta’ Santu Rokku
L-ewwel knisja nbniet fl-1593, iżda ġiet profanata mill-Isqof Balaguer fl-1659; inbniet mill-ġdid wara li għaddiet il-pesta tas-sena 1676; il-knisja reġgħet inbniet fl-1863. Illum l-knisja hi ċentru ta’ devozzjoni lejn Santa Rita ta’ Cascia.
Rettur
Prepostu Arċipriet
Quddies
Ħdud u Festi: 9:00 am
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 5.30pm
Il-Ħamis: 10.00am
Is-Sibt: 5.00pm
Knisja ta’ Sant’Antnin u Santa Katerina
Il-knisja nbniet fl-1571, iżda ġiet profanata fl-1659; reġgħet inbniet fl-1828, u llum hija ċentru ta’ devozzjoni ewkaristika.
Rettur
Prepostu Arċipriet
Quddies
Ġranet Ferjali: 9.30am
Knisja tal-Konverżjoni ta’ San Pawl
Fl-1538 inbniet knisja fil-post fejn, skond it-tradizzjoni, San Pawl kien waqaf jippriedka; fl-1852 il-knisja reġgħet inbniet.
Rettur
Kan. Nicholas Doublet
Mob
79539195
Quddies
Ħdud u Festi: 10.30 am (Tridentina)
Sibtijiet Filgħaxija: 7.00 pm
Ġranet Ferjali: 7.00 pm
Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi
Il-Patrijiet Konventwali fi żmien il-gwerra, fl-1941, fetħu kappella żgħira f’villa fit-triq li tieħu għall-Imsida biex jieħdu ħsieb il-ħafna refuġjati li kienu marru hemm. Fl-1953 bdew jibnu l-knisja tagħhom u din ġiet dedikata fl-1963. Mal-knisja hemm il-kunvent kif ukoll il-kulleġġ tal-istudenti tal-Ordni. Fil-knisja jistgħu jsiru żwiġijiet. Mal-Knisja hemm ukoll dar ta’ akkoljenza kif ukoll seminarju tal-Postulanti.
Rettur
Patri Arthur Cutajar OFM Conv
Telefon
2144 1928
Quddies
Ħdud u Festi: 6.30, 8.00, 9.30, 11.00 am (barra f’Awwissu) u 6.30 pm
Sibtijiet filgħaxija: 6.30 pm
Ġranet Ferjali: 6.30, 7.30 am u 6.30 pm
Festi Pubbliċi fost il-ġimgħa: 6.30, 7.30, 8.30 am u 6.30 pm
Oratorju MSSP
L-Oratorju nbena fl-1910 minn Dun Mikiel Sammut. Il-benefatturi kienu s-Sinjuri Mikiel u Giulia Casolani u s-Sur Alfons Marija Galea, u fil-bidu kienu jieħdu ħsiebu l-Patrijiet Salesjani. Fl-1912 ħaduh f’idejhom il-Freres iżda mbagħad telquh wara tliet snin. Fl-1927 ħaduh f’idejhom il-patrijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Fl-Oratorju jistgħu jsiru żwiġijiet.
Rettur
Dun Martin Cilia MSSP
Telefon
2144 1917
Quddies
Minn Ottubru sa Mejju:
Ħdud u Festi: 7.30 am u 10.30 am
Sibt: 7.00 am; 6.00 pm; 7.30 pm
Ġranet ferjali: 7.00 am u 6.30 pm
Minn Ġunju sa Settembru:
Ħdud u Festi: 7.30 am u 10.30 am
Sibt: 7.00 am; 6.00 pm; 7.30 pm
Matul il-Ġimgħa: 7.00 am u 7.00 pm
Matul il-Ġimgħat tal-Avvent u tar-Randan: Talb tas-Salmi: fis-6.00am
Kappella tal-Isptar Mater Dei
Quddies
Ġranet ferjali: 6.30 am; 7:00 am; 12:00 pm
Sibt: 6.30 am; 7:00 am; 7:00 pm
Ħdud u Festi: 7.30 am u 10.30 am
Kappelli tal-Adorazzjoni
Knisja ta’ Sant’Antnin u ta’ Santa Katerina
Indirizz
Main Road, Birkirkara
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sas-Sibt
7.00 am – 12.00 pm
4.00 pm – 8.30 pm
Oratorju MSSP
Indirizz
Oratorju MSSP,
Triq San Giljan,
Birkirkara
Ħinijiet tal-Ftuħ
4.00 pm – 11.00 pm