Il-knisja l-qadima ta’ Santa Marija nbniet fl-1617 u dejjem kienet meqjusa bħala monument mill-isbaħ, għalkemm għamlet żmien twil magħluqa. Fl-1950, il-kapitlu ta’ Birkirkara ddeċieda li jirrestawraha u reġgħet infetħet fl-1973. Wara snin li fihom din il-knisja kienet isservi bħala żona pastorali awtonoma, saret parroċċa fit-8 ta’ Mejju 2005.
Numru ta’ Parruċċani: 3,100
Numru ta’ Familji: 1,200
Kappillan
Dun Reuben Deguara
Uffiċċju Parrokkjali
130, E. B. Vella Street, Birkirkara BKR 1570
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn u l-Ħamis:
4:30 – 5:30 pm
Is-Sibt:
9:30- 11:00 am
Telefon
21448026
Websajt
Imejl
parrocca.birkirkara.sm@maltadiocese.org
Parroċċa Santa Marija – Birkirkara
Presbiterju Parrokkjali
Dun Reuben Deguara- Kappillan
Mons. Ġużepp Brincat
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Sur Ralph Camilleri
Segretarju: Sinjura Doreen Sammut
Quddies
Ħdud u Festi: 7:00, 8:30, 10:00 am u 6:00 pm
Sibtijiet Filgħaxija: 6:00 pm
Ġranet Ferjali: 7:00, 8:30 am, 6:00 pm
Knisja tal-Kulleġġ San Alwiġi
Il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi nbena bejn is-snin 1896 u 1897 għall-istudenti Ġiżwiti. Fl- 1907 bit-tħabrik tal-Papa San Piju Għaxra, il-Kulleġġ ħa post il-Kulleġġ li l-Patrijiet Ġiżwiti Ngliżi kellhom f’San Ġiljan, li kien għalaq. Il-Knisja tal-Kulleġġ bdiet tinbena fl-1914 u ġiet konsagrata fl-1923. Hija miftuħa għall-pubbliku u fiha jistgħu jsiru żwiġijiet.
Rettur
Ġiżwiti
Telefon
2279 5313
Quddies
Ħdud u Festi: 8:00 am u 9:00 am (bl-Ingliż)
Sibtijiet filgħaxija: 6:15 pm
Kappella tad-Dar tal-Kleru “Christus Sacerdos”
Id-Dar tal-Kleru nbniet minn Mons Salv Grima bħala Dar għall-irtiri għas-saċerdoti u bħala residenza għal saċerdoti anzjani jew waħedhom. Mons Grima sejjaħ grupp ta’ tfajliet biex jitolbu għall-qdusija tas-saċerdoti u biex jgħinu lis-saċerdoti l-iżjed lil dawk residenti fid-Dar tal-Kleru. Il-Kappella hi miftuħa għall-pubbliku kuljum mill-10.00 am sa nofsinhar u mill-4.00 sas-7.00 pm.
Rettur
Mons Anton Cassar
Telefon
2144 1670